Futbol Sport

Filmat | Ta’ 39 sena, Michael Mifsud se jkun qed jilgħab l-aħħar partita ma’ Malta

Għada l-Erbgħa, il-captain tat-tim nazzjonali Malti, Michael Mifsud se jkun qed jilgħab l-aħħar partita tiegħu ma’ Malta, wara karriera mill-isbaħ bil-flokk tat-tim nazzjonali fejn sal-lum hu l-aktar plejer li kellu presenzi ma’ Malta u saħansitra li skorja l-aktar gowls. Hu se jkun qed jilgħab fil-partita ta’ ħbiberija li Malta se tkun qed tilgħab kontra Liechtenstein, fis-6pm fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Din il-partita se tkun il-143 partita ta’ Mifsud ma’ Malta, f’karriera li fiha skorja 41 gowl. Sebgħa minn dawn il-gowls skorjhom f’partiti differenti li Mifsud u Malta lagħbu kontra Liechtenstein. Waħda minn dawn il-partiti, dik tal-2018 li kienet intlagħbet f’Ta’ Qali ukoll, Malta kienet rebħet 7-1 u dak in-nhar, Mifsud waħdu kien skorja ħames gowls.

Intervista estensiva ma’ Michael Mifsud f’Replay

Dwar dan il-mument emozzjonanti u nostalġiku għal Mifsud u għal kull partitarju tat-tim nazzjonali Malti, l-attakkant ta’ 39 sena tkellem f’intervista interessanti u dettaljata mal-ġurnalist sportiv u preżentatur ta’ Replay fuq Net Television, Christian Micallef fir-rokna tant popolari ‘Replay Drive’ b’kollaborazzjoni ma’ Continental Cars. F’din l-intervista Mifsud jitkellem dwar kollox, kemm is-sabiħ kif ukoll l-ikraħ li hu għadda minhu matul karriera ta’ 20 sena mat-tim nazzjonali Malti.

Sabiex issegwi din l-intervista, agħfas fuq dan il-link:

https://www.facebook.com/184288778338927/videos/392460475285673