Lokali Qorti

Ġew sparati ħames tiri lejn Pandolfino li miet ftit qabel Ivor Maciejowski li sofra tir wieħed

Ġew sparati ħames tiri fil-kondfront ta’ Christian Pandolfino, liema tiri kienu mill-viċin u kien l-ewwel wieħed li miet u dan peress li kien hu li ġie aggredit l-ewwel. Kollox jindika li Ivor Maciejowski miet ftit wara minn tir wieħed u minn distanza ftit aktar il-bogħod liema tir kien wieħed vitali li spiċċa f’rasu.

Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Viktor Dragomanski mill-Maċedonja wieħed mit-tlett irġiel akkużati li wettqu l-qtil doppju f’residenza f’Tas-Sliema f’Awwissu li għadda.

Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski sfaw maqtula f’darhom fit-18 ta’ Awwissu, u Dragomanski, raġel ta’ 36 sena mill-Maċedonja ta’ Fuq kien it-tieni raġel akkużat bil-qtil, wara Daniel Muka, raġel ta’ 25 sena mill-Albanija.

It-tielet suspettat, id-Daniż Jesper Kristiansen, li ħarab minn Malta iżda spiċċa arrestat fi Spanja, mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin wara li l-Qorti tal-Appell Spanjola ordnat l-estradizzjoni tiegħu lejn Malta.

Muka kif ukoll Dragomanski ammettew ir-rwol tagħhom f’attentat ta’ serqa mid-dar taż-żewġ vittmi, it-tnejn li huma weħħlu f’xulxin fuq il-qtil taż-żewġt irġiel.

Fil-kumpilazzkjoni xehdu diversi esperti fosthom it-tabib Mario Scerri li qal li ftit kien hemm distanza mill-bieb ta’ barra għal fejn kien Pandolfino li sofra tiri b’xuftejh, għonqu, qalbu, sidru u l-istonku.

It-tiri li kienu sparati wasslu għall-mewtha istantanja ta’ Pandolfino, kif it-tir wieħed li sofra fl-ewwel sular Maciejowski kien biċċejjed biex joqtlu mill-ewwel.

Mario Scerri qal li kien hemm numru ta’ grif fuq il-bieb tar-residenza tal-vittmi. Il-katavru ta’ Pandolfino kien mal-ġenb u kien hemm għadira demm mal-art. Kien hemm ukoll numru ta’ balal fuq il-lemin tiegħu; balal oħrajn instabu fit-taraġ.

L-avukat Joe Giglio li qed jidher bħal parte civile fil-każ staqsa fuq id-distanza bejn il-vittma u l-aggressur, b’Scerri jgħid li t-tiri ġew sparati mill-viċin, iżda mhux b’kuntatt dirett għax kieku kien jikkawża “splużjoni.” Qal li fil-każ ta’ Maciejowski, id-distanza kienet itwal, kif tixhed il-ferita tiegħu.

L-Avukat Joe Brincat li qed jidher għall-akkużat staqsajekk intużawx żewġ armi jew waħda biss, iżda Scerri jfakkar li hu espert fuq il-feriti kkawżati mill-isparar i li dan it-tagħrif jistgħu jagħtu l-esperti ballistiċi

Xehdu wkoll il-patoloġisti Ali Safraz u Tiffany Buhagiar li għamlu l-awtopsja fuq il-katavri u li qalu li Christian Pandolfino kellu 12-il ferita, fosthom balal f’qalbu, f’għonqu u fl-istonku. Balla oħra għaddiet mill-kranju. Igor Maciejowski ntlaqat minn balla waħda u kellu ferita tad-dħul u oħra tal-ħruġ.

Qalu li Christian Pandolfino kellu numru ta’ ġrieħi, u nstabu balal f’qalbu u fl-istonku tiegħu, filwaqt li oħra għaddiet mill-kranju. Pandolfino ġie ċċertifikat mejjet b’riżultat tal-feriti minn sparar.

Fil-każ ta’ Maciejowski, kien hemm ferita tad-dħul u oħra tal-ħruġ, indikazzjoni li ntlaqat minn balla waħda. Dwar Pandolfino ingħad li kien hemm ukoll xi tbenġil. B’kollox, ġew identifikati u deskritti 12-il ferita fuq ġisem Pandolfino. Fil-każ ta’ Maciejowski dan ntlaqat f’wiċċu.

Wara xehed il-Kuntistabbli Oliver Magri li qal li kien xogħol tal-bil-lejl mal-kollega tiegħu Edward Zammit meta seħħ il-qtil, u li kien madwar in-00.30am meta ntalbu jmorru fir-residenza. Qal li kienu huma li elevaw il-katavri biex jittieħdu fil-kamra mortwarja.

Wara xehed il-Kuntistabbli Sandro Mamo li qal li t-21 ta’ Awwissu, għen fl-investigazzjoni tal-qtil doppju. Mill-informazzjoni li kellhom il-Pulizija, kien jidher li l-aggressuri ħarbu b’VW Tiguan li kellha pjanċi misruqa. Mamo spjega kif il-pulizija investigaw il-footage tas-CCTV u kif sabu l-karozza li użaw l-aggressuri.

Wara li nstabet it-Tiguan, il-pulizija komplew jinvestigaw il-filmati tas-CCTV u it-tlett irġiel suspettati. Mamo qal li wieħed minnhom kien daħal f’kafetterija l-Imsida, staqsa għall-password tal-WiFi u telaq lejn tas-Sliema b’taxi. It-taxi ġie rriservat b’telefonata li saret mill-mobile ta’ Kristiansen.

Dwar l-arrest ta’ Dragomanski, Mamo qal li fis-27 ta’ Awwissu, hu u kollegi tiegħu għamlu tfittxija fir-residenza ta’ Dragomanski, fejn instabu l-ħwejjeġ li deher li kien qed jilbes fil-kafetterija tal-Imsida.

Wara s-Supretendent Grech ippreżenta lill-Qorti envelopp b’€950 li kienu fil-pussess ta’ Dragomanski meta ġie arrestat. Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li sar rikors li ġie miċħud minn mara, li l-karozza VW Tiguan misruqa hija propjetà tagħha, partikolari biex tiġi rilaxxata,dini kienet insterqet sentejn ilu. Il-Maġistrat qal li għalissa, l-applikazzjoni ġiet miċhuda peress li l-proċeduri għadhom fi stadju bikri.

Il-kumpilazzjoni mistennija tkompli fid-19 ta’ Novembru fil-11.15pm. Dak inhar se tkompli wkoll il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Daniel Muka f’12.00pm.