Coronavirus Ekonomija Lokali

Il-Kamra tal-SMEs tappella għal “bilanċ u responsabbiltà”

“In-nies ħaqqhom igawdu l-Milied b’responsabbiltà u bil-bilanċ”. Hekk qalet fi stqarrija l-Kamra tan-Negozji ż-Żgħar b’reazzjoni għall-kummenti li kien hemm fl-aħħar 24 siegħa fuq il-media soċjali, wara li l-Gvern ħabbar numru ta’ attivitajiet fil-Belt Valletta.

L-istqarrija taċ-Chamber tal-SMEs tgħid li l-ekonomija u s-saħħa m’humiex kontra xulxin. U spjegat li fil-Belt mhux se jkunu qed isiru attivitajiet tal-massa. “Dwal tal-Milied u kor tat-tfal żgur ma jistgħux jissejħu avvenimenti”, tgħid l-istqarrija.

L-istqarrija tiddeskrivi l-Belt Valletta bħala post sigur.

Il-Kamra tal-SMEs tfakkar ukoll kif din il-pandemija ħalliet diġa’ effett qawwi fuq numru ta’ negozji, li uħud minnhom kellhom jagħlqu u jkeċċu n-nies.