Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kif ħabbar erba’ vittmi oħra bil-Coronavirus li lkoll mietu bejn ilbieraħ u llum fl-Isptar Mater Dei.
B’hekk it-total ta’ vittmi bil-COVID-19 tela’ għal 85 persuna.
Il-virus ħalla 3 vittmi matul il-ġurnata tat-Tnejn, anzjan ta’ 74 sena, li ttestja pożittiv fl-4 ta’ Novembru, raġel ta’ 61 sena, li ttestja pożittiv fl-4 ta’ Novembru, u anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv fit-30 t’Ottubru.
Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 99 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru, miet matul il-lejl li għadda.
Għadu mhux magħruf x’qed iżomm lill-Ministeru tas-Saħħa milli jħabbar dawn l-imwiet qabel, b’din id-darba jerġa’ ma jgħidx jekk dawn il-vittmi kellhomx kundizzjonijiet ulterjuri.
//= $special ?>