Raġel ta’ 25 sena li jgħix l-Imsida, iittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li sofra ġrieħi f’inċident tat-traffiku l-Gżira.
Kienu għall-ħabta tad-9:00am, xħin il-Pulizija ġew infurmati biex jassistu fi Triq D’Argens.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma u tliet vetturi – Nissan misjuqa minn Ingliż ta’ 33 sena, Volkswagen Passat misjuqa minn Taljan ta’ 39 sena u Fiat Tipo misjuqa minn Libjan ta’ 49 sena.
Ix-xufier tal-mutur ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>