Coronavirus Kummerċ Lokali

Kandidata Laburista tesprimi xettiċiżmu fuq l-istrateġija tal-Gvern dwar l-attivitajiet tal-massa fil-Milied

Il-kandidata tal-Partit Laburista Rachel Tua esprimiet id-diżappunt tagħha għal dak li tħabbar ilbieraħ mill-Gvern ta’ Robert Abela, li bħal donnu qed jinċentiva attivitajiet tal-massa għal żmien il-Milied.

Fuq Facebook, l-avukat Tua staqsiet kif jista’ jkun niċċelebraw l-attivitajiet fil-Belt Valletta meta d-dinja għaddejja mill-eqqel ta’ pandemija – dubju li dalgħodu kien espress ukoll mit-tobba permezz ta’ stqarrija.

Rachel Tua hi kandidata tal-Partit Laburista fuq it-8 Distrett Elettorali, u ftit tax-xhur ilu ikkontestat ukoll l-elezzjoni każwali għas-siġġu ta’ Chris Cardona.