Waslet il-konferma – il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ma kienx ikkonsultat dwar id-deċiżjoni li ttieħdet sabiex isiru numru ta’ attivitajiet għall-perijodu tal-Milied. Dan meta l-Ministru tat-Turizmu kienet iffacjata bid-domandi ta’ Net News wara rabja kbira li feġġet fuq il-media socjali malli hargu fil-berah il-manuvri li qed jaghmel il-Gvern u l-messaggi konflingenti li qed jitwasslu.
Kien il-Ministru tas-Saħħa lejliet il-Laqgha tal-Kabinett stqarr li kien għadu ma jaf ezatt x’se jigri fil-Belt ghal zmien il-Milied.
Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ilu għal dawn l-aħħar jiem jisħaq li lanqas ikliet bejn membri tal-familja m’għandhom isiru minħabba l-Covid. U issa, il-Gvern habbar programm ta’ attivitajiet fil-Belt kapitali.
Iżda dan il-kliem mhux l-istess bhal dak li qed jinghad mill-bqija tal-Kabinett…ghalkemm it-Tlieta filghodu kien hemm uhud mill-Ministri li bhal donnhom lanqas kienu jafu x’qed jigri ezatt, jew evitaw kompletament id-domandi ta’ Net News.
Il-Ministru qed jghidu biss li s-sitwazzjoni qiegħda taħt kontroll – u sempliciment baqghu jirrepetu dak li qal Robert Abela fl-ahhar gimghat.
Filwaqt li Julia Farugia tat x’tifhem li l-attivitajiet fil-kapitali se jinkludu biss, is-siġra tal-Milied u d-dwal….l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, immexxija minn Jason Micallef, fi stqarrija qalet mod ieħor – fejn semmiet li se jiġu organizzati wkoll attivitajiet ta’ mużika, korijiet u arti performattiva.
Min-naħa tagħha l-MAM ikkundannat dan kollu hekk kif dak li tħabbar qed imur kontra l-messagg tal-awtoritajiet tas-saħħa. Qalet li s-saħħa u s-sigurtà għandha tittieħed b’serjetà hekk kif l-infezzjonijiet u l-imwiet qegħdin dejjem jiżdiedu. Sitwazzjoni li se twassall għall-kollass sas-settur tas-saħħa.
Il-Kamra tal-SMEs fi stqarrija separata appellat ghall-bilanc u r-responsabbilta’ waqt il-perijodu tal-festi. U qalet li x-xiri tal-Milied jista’ xorta jsir b’mod sigur.
//= $special ?>