Coronavirus Ekonomija Lokali

“Korijiet, mużika u arti performattiva” fil-Belt għal żmien il-Milied

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi stqarrija kkonfermat li fi żmien il-Milied se jkunu organizzati attivitajiet ta’ mużika u arti performattiva fil-kapitali.

L-Aġenzija, immexxija mill-Kap Eżekuttiv Jason Micallef, qalet fi stqarrija illi se se żzejjen it-toroq ewlenin tal-Belt, se tinxtegħel is-Siġra tal-Milied, se jintrama l-presepju, kif ukoll se ssir projezzjoni ta’ dwal fuq il-faċċata tal-Palazz tal-President u fi Pjazza San Ġorġ.  

Dan apparti li se jkun hemm “mużika, korijiet żgħar u arti performattiva”, biex in-nies “jidħlu fl-ispirtu pożittiv tal-Milied”. 

Ironikament, ftit tal-jiem ilu, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kien qal li lanqas ikliet bejn membri tal-familja m’għandhom isiru minħabba l-Covid.