Sport Sport Ieħor

Matthew Magro u Sara Xuereb fost ir-rebbieħa fil-kampjonati tal-bowling

Matthew Magro rebaħ il-kampjonat tal-bowling ta’ taħt t-23 sena filwaqt li Sara Xuereb rebħet it-tmien titlu konsekuttiv fil-kategorija tagħha.

F’dawn il-kampjonati li kienu organizzati mill-Malta Ten Pin Bowling Association raw ukoll lil Nicholas Muscat u lil Ruslana Grima jirbħu l-kategoriji ta’ taħt is-16 -il sena filwaqt li Nicolai Mallia u Karlise Bartolo rebħu l-kategoriji ta’ taħt it-12 -il sena.

It-trofej kienu preżentati minn Charles Azzopardi li huwa rappreżentanti tal-BOV.