Futbol Sport

Miċħud l-appell ta’ Napoli

Il-Qorti tal-Apell tal-FIGC ċaħdet l-appell li resqu Napoli dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Federali tal-FIGC li tagħti rebħa fuq il-mejda ta’ 3-0 lil Juventus wara li Napoli naqqsu milli jonoraw il-partita mis-Serie A fl-4 ta’ Ottubru wara li ma tħallewx jivvjaġġaw lejn Turin għal partita mis-sindku tar-reġjun ta’ Campania.

B’reazzjoni għal din id-deċiżjoni Napoli ħabbru li se jieħdu l-każ tagħhom quddiem il-Kumitat Olimpiku Taljan.