L-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi bħalissa qed jiġi interrogat mill-Pulizija b’rabta ma’ diversi allegazzjonijiet li hu implikat fihom. Mizzi qed jiġi interrogat fl-uffiċċju l-ġdid tal-Unit għal Kontra r-Reati Ekonomiċi, li huwa mmexxi mill-Assistent Kummissarju Alexandra Mamo.
Id-deputat Konrad Mizzi kien tneħħa mill-Partit Laburista f’Ġunju li għadda, fost kontroversja sħiħa li qamet f’dak il-perijodu meta ħafna bdew isaqsu għaliex Robert Abela ma keċċiex ukoll lil Joseph Muscat – li baqa’ sal-aħħar deputat tal-Partit Laburista.
Fis-Sajf, Konrad Mizzi kien qal li ma jaqbilx li kellu jwarrab fuq “spekulazzjonijiet”, filwaqt li tenna l-lealta tiegħu lejn il-Partit Laburista,
Aktar dettalji u ritratti fil-ħin li ġej.
//= $special ?>