Il-pulizija arrestat raġel ta’ 62 sena, li joqgħod Birkirkara, b’rabta ma’ ħruq ta’ vettura f’Ħaż-Żebbuġ.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li fl-1 ta’ Novembru, għall-ħabta tas-2.30am huma kienu kienu infurmati li vann kien qed jaqbad fi Triq it-Troll.
Minnufih membri tas-CPD kienu marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri baqgħu għaddejjin u b’rabta ma’ dan il-każ, is-suspettat ġie identifkat u arrestat.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.
//= $special ?>