Internazzjonali

Saeb Erekat: In-negozjatur Palestinjan imut mill-effetti tal-Covid-19

epa08810813 (FILE) - Secretary general of the Palestine Liberation Organization (PLO) Saeb Erekat speaks to the press at his office in the West Bank city of Jericho, 15 February 2017 (reissued 10 November 2020). According to news reports, Saeb Erekat has died after being diagnosed with COVID-19. EPA-EFE/ATEF SAFADI

In-negozjatur ewlieni Palestinjan, Saeb Erekat, kien ikkonfermat fost il-vittmi tal-Covid-19, bil-Palestinjani qegħdin jibku t-telfa ta’ wieħed mill-aktar personalitajiet politiċi prominenti li qatt irrappreżenta l-kawża tagħhom.

Erekat, li kellu 65 sena, miet fiċ-Ċentru Mediku ta’ Hadassah f’Ġerusalemm u fl-aħħar sigħat l-Awtorità Palestinjana dikjarat tlett ijiem luttu għal dan il-personalità li kien mexxa t-taħditiet ta’ paċi ma’ Iżrael tul l-aħħar 25 sena.

Erekat kien is-segretarju ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) filwaqt li serva wkoll bħala konsulent għall-President tal-Awtorità Palestinjana, Mahmoud Abbas.

Saeb Erekat kien anki protagonista fin-negozjati storiċi relatati mal-Ftehim ta’ Oslo tal-1993. Permezz ta’ dawn il-ftehim kienet twaqqfet l-Awtorità Palestinjana waqt li l-Palestinjani ngħataw awtonomija limitata fix-Xatt tal-Punent u Gaza għall-ewwel darba mindu l-Iżraeljani okkupaw it-territorji waqt il-gwerra tal-1967 fil-Lvant Nofsani.