Wara li lbieraħ il-media soċjali kienet miżgħuda b’kummenti u reazzjonijiet tal-pubbliku għal dak li kienet ħabbret filgħodu Julia Farrugia Portelli, il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri waranofsinhar ħassar konferenza li kellu ppjanata għal aktar tard filgħaxija u li kienet se tniedi attività marbuta mal-Milied.

L-Attività kienet fost il-lista mibgħuta nhar il-Ħadd filgħaxija mill-Uffiċju tal-Prim Ministru fejn ħarġet sejħa għall-ġurnalisti sabiex jattendu fil-Crafts Village ta’ Ta’ Qali fis-7.00pm. Din kienet fl-istess sejħa għall-ġurnalisti biex jattendu għall-konferenza mtella’ minn Julia Farrugia fit-Teatru Rjal li fiha nediet Christmas In the City.

Iżda jidher li l-kommossjoni li ħolqot l-attività ta’ Julia Farrugia Portelli wasslet biex Schembri jħassar l-attività li kellu ppjanata għal filgħaxija.
Mhux magħruf jekk din l-attività issa hux se tkun qed issir jew le.
//= $special ?>