Atletika Sport

Suċċess għall-atleta tat-triathlon Danica Bonello Spiteri fit-Turkija

L-atleta Maltija tat-triathlon Danica Bonello Spiteri temmet fit-tielet post fl-Ironman 70.3 Internationali Traithlon fil-belt ta’ Antalya fit-Turkija.

Hi temmet fl-ewwel post fil-kategorija tagħha, dik ta’ atleti li għandhom bejn 35-39 sena, biex b’dan ir-riżultati kisbet ukoll post fil-Kampjonati Dinjija tal-Ironman 70.3 tas-sena d-dieħla kif ukoll wettqet wieħed mill-aħjar ħinijiet fl-istorja Maltija, dak ta’ 4:31.34 fuq distanza ta’ 113km. Din il-kompetizzjoni kkonsistiet minn 1.9km għawm, 90km rota u ġirja ta’ 21.1km.