Lokali

Tnejn arrestati b’Mandat ta’ Arrest Ewropew

Il-pulizija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, ilbieraħ arrestaw żewġt irġiel Maltin ta’ 36 u 47 sena, li kienu mfittxija mill-Awtoritajiet Taljani fuq traffikar tad-droga.

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, ġie stabbilit fejn jgħixu u ġew arrestati fil-Mosta u fil-Furjana permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill-Awtoritajiet Taljani.

Huma ser jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tan-12:30, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke, biex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni tagħhom.