Sport Sport Ieħor

Żewġ impenji internazzjonali għal Alex Borg fil-jiem li ġejjin

Għada l-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg se jkun qiegħed jilgħab fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni mill-German Masters, bil-logħbiet kollha se jintlagħabu bejn illum u nhar is-Sibt fl-MK Stadium f’Milton Keynes fl-Ingilterra. Borg se jkun qiegħed jilgħab kontra Jimmy Robertson.

Nhar it-Tnejn, Alex Borg ikun impenjat fl-ewwel rawnd tan-Northern Ireland Open fejn se jilgħab kontra Stephen Maguire bl-istess rawnd jintlagħab f’Milton Keynes.