Lokali Parlament

5,374 ommijiet xebbiet li bejniethom għandhom 7,485 tifel u tifla

Jirriżulta li fil-pajjiż hawn 5,374 ommijiet xebbiet li qed jirċievu l-allowance tat-tfal li bejniethom għandhom 7,485 tifel u tifla.

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jindika kemm hawn ommijiet xebbiet irreġistrati fil-preżent u kemm minnhom jaħdmu, kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar.

Il-Ministru Michael Falzon qal li hemm 5,374 ommijiet xebbiet li qed jirċievu l-allowance tat-tfal li bejniethom għandhom 7,485 tifel u tifla. Minn dawn l-ommijiet, 3,025 qegħdin f’impjieg.