Sport Sport Ieħor

Alex Borg megħlub fil-German Masters

Fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-German Masters l-plejer professjonali Malti Alex Borg ranking numru 114 safa megħlub 5-1 kontra Jimmy Robertson b’ranking dinji numru 47. Wara li Robertson rebaħ erba’ frames konsekuttivi, l-unika rebħa ta’ Borg waslet fil-ħames frame, bl-aħħar frame imur favur Robertson biex jgħaddi għal fażi li jmiss.

Nhar it-Tnejn, Alex Borg se ikun impenjat fl-ewwel rawnd tan-Northern Ireland Open f’Milton Keynes fejn se jilgħab kontra Stephen Maguire tal-Iskozja .

Il-Britanniku Shaun Murphy imlaqqam ‘The Magician’ fl-ewwel dehra fil-German Masters mill-2016, għamel is-sitt maximum break tal-karriera dak ta’ 147 meta fit-tieni frame fil-partita li rebaħ 5-0 kontra Chen Zhifen ikkwalifika għar-rawnd li jmiss tal-German Masters parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association, bil-logħbiet kollha se jintlagħabu bejn illum u nhar is-Sibt fl-MK Stadium f’Milton Keynes fl-Ingilterra.

B’dan il-maximum break ta’ 147, Shaun Murphy laħaq lil Ding Junhui u Stuart Bingham. Fl-istorja tas-snooker professjonali dan kien il-160 maximum break qatt miksub fejn l-aktar plejer li rnexxielu jagħmel dan jibqa’ Ronnie O’Sullivan bi 15 il-darba u 11 il-darba kull wieħed Stephen Hendry u John Higgins. Shaun Murphy ser jieħu wkoll 5000 lira sterlina talli għamel dan.

Il-fażi finali tintlagħab bejn is-27 u l-31 ta’ Jannar 2021 f’Berlin fil-Ġermanja.