Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 141 każ ġdid – 97 ifiqu

F’temp ta’ ħamest ijiem pajjiżna ra 644 każ ġdid ta’ Covid-19.

Dan wara li fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 141 każ ġdid ta’ Covid-19 bil-każi attivi jammontaw għal 2,083.

Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 7,754.

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa fiequ 97 persuna sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 5,371.

Intant, mill-153 każ li tħabbru tul il-jum tat-Tlieta; 10 każi kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 6 każi minn fuq il-post tax-xogħol u 5 każi minn attivitajiet soċjali.

Dan ifisser li 132 persuna ma kellhomx idea minn fejn jew mingħand min ġew infettati bil-virus.

Fl-aħħar 17-il jum kienu 36 vittma rreġistrati fil-Gżejjer Maltin, b’medja allarmanti ta’ aktar minn 2 kuljum. Dan sabiex il-vittmi preżentament qed jammontaw għal 85.

Aġġornata: