Coronavirus Lokali

COVID-19: Tliet vittmi oħra

Sebgħa vittmi fl-aħħar 24 siegħa

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li tliet anzjani mietu bil-COVID-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 81 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-COVID-19 fit-3 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 87 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-COVID-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan long-term facility.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 77 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-COVID-19 fl-10 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

B’hekk it-total ta’ vittmi bil-COVID-19 f’pajjiżna tela’ għal 88 persuna.