Lokali Parlament

Ħadt ħafna tajjeb mingħand ommi

Karol Aquilina, PN

Filwaqt li rringrazzja lill-parlament għas-solidarjetà li wera miegħu u mal-familja tiegħu fit-telfa ta’ ommhom fl-aħħar ġranet, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li tul ħajtu hu kien ħa ħafna affarijiet tajbin mingħand ommu.

Hu sostna li kien ħa t-telfa ta’ ommu ħażin ħafna għax kien viċin tagħha ħafna u kien marbut magħha. Ħadt tajjeb ħafna mingħand ommi; l-għożża tal-familja, l-edukazzjoni għal ħajja aħjar u s-sens ta’ dover.

Ommi kienet dejjem id-dar, kienet taspira li l-familja tkun aħjar u kienet infermiera; għalhekk kienet lesta tgħin lil kulħadd, qal id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.