Lokali Parlament

Il-kunsilli lokali jeħtieġu konsultazzjoni u rispett

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella biex il-kunsilli lokali jkunu trattati b’rispett u magħhom issir il-konsultazzjoni neċessarja.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li għal ħafna ministri, l-konsultazzjoni u r-rispett lejn il-kunsilli lokali ma jeżistix u żied li fl-allokazzjoni diretta, il-kunsilli lokali ma kellhomx żieda ta’ 37%, kif qed jgħid il-gvern.

Hu tkellem dwar ir-riforma fil-kunsilli lokali u qal li f’din ir-riforma, il-kunsilli lokali ma ħadu l-ebda poteri ġodda. Infrastructure Malta jaġixxu b’mod arroganti u bla konsultazzjoni mal-kunsilli lokali billi jiftħu t-toroq kull fejn iridu.

Il-kunsilli lokali kellhom jingħataw ir-riżorsi u l-flus biex kunu huma li jiddeċiedu liema toroq jagħmlu. Hu staqsa x’sar minnha l-wegħda ta’ Triq Għarucasa fil-Mellieħa għx din għadha am saritx. Hu qal li anki l-kunsill lokali tan-Naxxar ilu jitlob minn Lulju biex isiru bozoz f’diversi toroq.

L-istudju dwar l-impatt soċjali f’kull lokal wkoll għadu ma sarx, sostna Robert Cutajar, li kompla li l-kunsilli lokali m’għandhomx jintaxxaw lir-residenti iżda l-Ministru tal-Finanzi għadu mkien ma qal kif se issir l-allokazzjoni għall-kunsilli lokali biex parti mill-VAT ġenerata f’kull lokalità tibqa’ f’dik il-lokalità.

Hu qal li l-fondi mill-allokazzjoni tal-lukandi għandhom jibqgħu fl-istess lokalità u sostna li l-fondi tal-planning gain qed jittieħdu minn ċertu lokalitajiet biex jitpoġġew f’lokalitajiet oħra.

Dwar il-gwardjani, Robert Cutajar qal li l-gvern ħa dak li kien qed jitħaddem fl-interess tar-residenti; il-gvern għandu jisma’ l-appelli tal-kunsilli lokali kollha. Hu kkritika d-deċiżjoni tal-gvern li jagħlaq l-għases tal-pulizija fejn hemm il-pulizija tal-komunità. Jeħtieġ li fil-Mellieħa l-għassa tal-pulizija tinfetaħ, sostna Robert Cutajar.