Lokali

Keith Schembri arrestat mill-ġdid – rapporti

Ftit sigħat wara li l-eks Ministru Konrad Mizzi kien interrogat mill-Pulizija tat-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi, rapporti fuq diversi mezzi tax-xandir qed jgħidu li anki l-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri, jinsab arrestat.

Jidher li l-Pulizija tal-istess Taqsima ġabret lil Keith Schembri mir-residenza tiegħu fil-Mellieħa dalgħodu għall-ħabta tas-7am. Hu mifhum li Schembri qed ikun interrogat propju f’dawn il-ħinijiet.

Iktar dettalji hekk kif jaslulna.