Edukazzjoni Lokali

L-ITS tipposponi ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni

Il-gradwati xorta se jingħataw iċ-ċertifikat tagħhom

L-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) ippospona ċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tiegħu mid-data tradizzjonali tal-ewwel tnejn ta’ Diċembru; għall-ewwel nofs tal-2021.

L-Istitut ikkonsulta mal-istudenti kollha mistennija jiggradwaw f’Diċembru u pprovda żewġ possibbiltajiet. Il-maġġoranza tal-istudenti ppreferew li ċ-ċerimonji jkunu posposti sabiex ikunu jistgħu jiċċelebraw dan il-pass importanti mal-familja u l-ħbieb tagħhom meta r-regolamenti tas-saħħa jippermettu avvenimenti ta’ dan it-tip.

Għalkemm iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni se ssir is-sena d-dieħla, l-istudenti xorta ser jirċievu ċ-ċertifikat tagħhom permezz tal-Blockchain. Dan ifisser li l-istudenti ser ikollhom iċ-ċertifikat tagħhom aċċessibbli faċilment mill-istrumenti tal-IT tagħhom onlajn, li jistgħu jaqsmu b’mod sigur ma’ min iħaddem.

Intant, ftit tal-jiem ilu kemm l-Università ta’ Malta u anke l-MCAST ħabbru li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni wkoll se jkunu posposti: