Lokali

Mario Ellul elett Teżorier tal-Partit Nazzjonalista

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista llejla eleġġa lil Mario Ellul bħala Teżorier tal-Partit.

Ellul issa se jkun responsabbli għall-inizjattivi meħtieġa li jgħinu ’l-partit ikollu finanzjament, b’mod adegwat għall-ħtiġiet tiegħu billi jippjana, jmexxi u jikkoordina il-ħidma diretta lejn il-ġbir ta’ fondi għall-partit.

It-Teżorier huwa uffiċjal tal-partit u bħala tali huwa membru tal-Kumitat Eżekuttiv, tal-Kunsill Amministrattiv u tal-Kunsill Ġenerali.

Il-finanzi tal-partit huma soġġetti għas-sorveljanza u l-verifika tal-Bord ta’ Reviżuri bħala l-awditur intern tal-partit.

Mario Ellul huwa miż-Żurrieq u ilu membru attiv fil-Partit Nazzjonalista ghal madwar 25 sena.

Ikwalifikat bħala Accountant mill-kulleġġ International Association of Chartered Certified Accountants (ACCA) u membru Assoċjat tal-Malta Institute of Accountants (MIA).

Hu ħadem f’diversi istituzjonijiet governattivi u privati, fosthom fil-Bank Ċentrali ta’ Malta fil-bidu tal-karriera tiegħu.

Mario Ellul għandu esperjenza fil-management f’entitajiet differenti non- governattivi. Huwa serva għal 10 snin bħala Policy Coordinator f’żewġ Ministeri,  bi tminn snin minnhom fil-Ministeru tal-Finanzi. Kien ukoll Segretarju tal-Bord tal-Amalgamazjoni tad-Dipartimenti tat-Taxxa fl-istess żminijiet. Huwa għandu esperjenza bħala Kontrollur Finanzjarju ta’ Grupp ta’ Kumpaniji.

Mario Ellul kien u għadu attiv f’diversi NGOs b’mod partikolari dawk taz-Żgħażagħ, b’diversi partners involuti fi Proġetti taħt l-Erasmus+. Kien ukoll ghal xi snin, President u Segretarju taz-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika fis-Żurrieq.

Il-karriera politika tiegħu bdiet bħala membru fil-Kumitat Sezzjonali tal-PN Zurrieq, fejn serva bħala Teżorier, Segretarju kif ukoll President tal-istess Kumitat.. Mario Ellul serva fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit, elett bħala rapreżentant tal-Hames Distrett.

Għal 10 snin huwa serva bħala Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali taż-Żurrieq, fejn fost ir-responsabilitajiet kellu s-settur taż-Żgħażagħ u l-isport. Kien ukoll il-mohh u firmatarju ta’ Gemellagg mar-rahal ta’ Angerminde fil-Gemanja.

Mario irnexxielu wkoll jiffirma dokument ta’ Kooperazjoni bejn il-Kumitat PN Zurrieq u l-fergha tac-Christian Democratic Party (CDU) fi Brandenburg fil-Germanja. Inghata wkoll il-Giegh bhala Ambaxxatur ghar-Rahal ta’ Angermunde mill-Kunsill Lokali Germaniz.

Mario Ellul għamel żmien membru tas-Solidarjeta Ħaddiema (SHPN), fejn kien rappreżentant fil-laqghat tal-European Union of Christian Democratic Workers (EUCDW). Ghal xi zmien, kien ukoll membru tal-Kullegg Kunsilliera Partit Nazzzjonalista (KKPN).