Atletika Sport

Pospost il-Road Running League

Illum tħabbar li l-Road Running League ġie pospost minħabba ż-żieda qawwija fil-każijiet tal-coronavirus f’Malta. L-assoċjazzjoni tal-atletika Maltija rnexxiela tikseb ħafna mil-permessi meħtieġa, iżda minkejja l-miżuri li kienu qed jieħdu biex jaċċertaw post sigur, l-aħħar permess ġie rrifjutat.

Fuq nota iżjed pożittiva, l-assoċjazzjoni tinsab kunfidenti li l-Road Running League tal-2020/2021 xorta se jsir, bl-applikanti kollha se jibqaw eliġibli li jikkompetu fit-tlielaq li se jkunu organizzati meta s-sitwazzjoni tippermetti.