Lokali

Scicluna skomdu jwieġeb dwar il-ħatra fl-FIAU

“Ma nafx għalfejn qed tħares lejja.” Hekk sostna l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta kien mistoqsi minn Net News dwar kif għandu jinħatar Chairman tal-FIAU – Dipartiment li jaqa taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħu.

Dan wara li ftit tal-jiem ilu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna li l-Prim Ministru Robert Abela u l-istess Ministru Scicluna ħatru liċ-Chairman il-ġdid tal-Financial Intelligence Analysis Unit Jesmond Gatt, minn wara dahar il-Parlament – ksur car tal-liġi … u aġir deskritt mill-Kap tal-PN bħala wieħed li jimxi fuq il-passi mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Viżibilment skomdu, Edward Scicluna saħaq li dak li seħħ twettaq għaliex il-proċedura hija waħda riċenti – konferma tal-inkompetenza tal-Gvern ta’ Robert Abela.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret nhar il-Ħamis, il-Partit Nazzjonalista insista li kemm il-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll il-Ministru Scicluna għandhom jerfgħu responsabbilità politika wara li għamlu din il-ħatra mingħajr ebda skrutinju Parlamentari.