Lokali

Skont Owen Bonnici kulħadd moħħu mistrieħ

F’temp ta’ 17-il jum f’Malta ġew irreġistrati 36 vittma kawża tal-pandemija… iżda skont il-Ministru Owen Bonnici l-poplu moħħu mistrieħ u għandna naraw il-każi barra minn xtutna.

Dan minkejja li fost oħrajn il-każi attivi fl-Awstralja huma ta’ ftit aktar minn 1,300 filwaqt li fil-Gżejjer Maltin l-attivi qed jammontaw għal 2,083.

Intant mistoqsi minn Net News dwar kemm feġġew każi ta’ Covid-19 mill-iskejjel fl-aħħar 6 ġimgħat – il-Ministru Owen Bonnici farfarha fuq is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.