Futbol Sport

Tmiem il-partita: Malta 3 Liechtenstein 0

(Ritratt: Trevor Sollars)

Segwi l-konferenza ta’ wara l-partita tal-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia fil-link ta’ taħt.

https://www.facebook.com/watch/live/?v=668560723826584&ref=watch_permalink

Dan kien il-ħames riżultat pożittiv għat-tim nazzjonali Malti u t-tieni rebħa konsekuttiva biex b’hekk issa t-tim Malti jkun impenjat fil-partita mill-UEFA Nations League nhar is-Sibt kontra Andorra. Grazzi talli kontu magħna u segwejtu dan il-kummentarju.

Partita ferm pożittiva mit-tim nazzjonali Malti fejn sellem lil Michael Mifsud bl-aħjar mod possibli……….Grazzi Michael! Forza Malta!

90+3: Tmiem il-partita: Malta 3 Liechtenstein 0

90- Tliet minuti żejda fi tmiem it-tieni taqsima

90- Karta Safra: Liechtenstein (Goppel)

88- Sostitutzzjoni: Liechtenstein: Joħroġ Buchel, Jidħol Marxer

Jean Paul Farrugia għamilhom 3-0 minn penalty fit-83 minuta

83- GOOOWWWLLL!!! JEAN PAUL FARRUGIA

82- Penalty għal Malta wara fawl ta’ Brandle fuq Jean Paul Farrugia

78- Dan huwa debutt mat-tim nazzjonali Malti għal Jan Busuttil ta’ Floriana, kif ukoll ritorn mat-tim nazzjonali Malti għal Jean Paul Farrugia

76- Sostituzzjoni: Liechtenstein: Joħroġ S. Wolfinger, Jidħol Netzer

75- Sostituzzjoni: Malta: Joħroġ Steve Borg, Jidħol Kurt Shaw, Joħroġ Shaun Dimech, Jidħol Jan Busuttil, Joħroġ Jake Grech, Jidħol Jean Paul Farrugia

70 – Sostituzzjoni: Liechtenstein: Joħroġ Sele, Jidħol Ospelt, Joħroġ Wolfinger, Jidħol N. Graber

Inbidel fis-60 minuta, ironikament ma’ debuttant ieħor Malti, Alex Satariano li jilgħab ma’ Sliema Wanderers. Il-ħruġ ta’ Mifsud waslet għal ċapċipa kbira mill-uffiċjali tal-MFA u l-ġurnalisti preżenti. Mifsud għalaq kapitlu uniku fil-futbol Malti.
Applaws minn dawk preżenti fil-VIP Area waqt li kien qiegħed għall-aħħar darba jiġi mibdul Michael Mifsud
Tgħanniqa bejn Michael Mifsud u l-kowċ Devis Mangia hekk kif Michael Mifsud kien ħiereġ mill-grawnd bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti għall-aħħar darba

60 – Sostituzzjoni: Joħroġ Michael Mifsud, Jidħol Alex Satariano, Joħroġ Jurgen Pisani, Jidħol Rowen Muscat

Il-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Dr. Bernard Grech
Il-messaġġ mill-eks plejer internazzjonali Malti Andre Schembri

Għadd ta’ persuni prominenti bejn ilbieraħ u llum użaw il-midja soċjali sabiex jirringrazzjaw u jawguraw lil Michael Mifsud qabel l-aħħar partita tiegħu, fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Dr. Bernard Grech u l-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti Andre Schembri.

45- Bidu tat-tieni taqsima, l-ebda sostituzzjoni għajr għal dik tal-ewwel taqsima mit-tim Malti fejn Jean Borg kien mibdul minn Karl Micallef

Tmiem l-ewwel taqsima: Malta 2 Liechtenstein 0, Malta fil-vantaġġ wara erba’ minuti permezz ta’ Michael Mifsud. Steve Borg jirdoppja fid-19 -il minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras.

45 – Żewġ minuti ta’ ħin mogħti żejjed fl-ewwel taqsima.

42- Jidher li nbidlet id-deċizjoni tal-kowċ Devis Mangia li Michael Mifsud ikun sostitwit fit-42 minuta; ekwivalenti mal-ammont ta’ gowls li skorja l-plejer ma’ Malta. Mifsud jibqa’ jilgħab.

36- Karta Safra: Liechtenstein (R.Kardesoglu)

L-azzjoni tal-gowl ta’ 2-0 skorjat minn Steve Borg (Ritratt: Domenic Aquilina)
Jean Borg sfurzat iħalli l-grawnd wara injury li sofra fil-hamstring (Ritratt: Trevor Sollars)

26- Sostituzzjoni għal MaltaJoħroġ: Jean Borg, Jidħol: Karl Micallef

23- Azzjoni perikoluża minn Liechtenstein, bix-xutt jgaħddi ftit barra mil-lasti ta’ Galea

Minn freekick ta’ Jurgen Pisani kien Steve Borg li għola bir-ras u xeħet fix-xibka biex skorja t-tielet gowl tiegħu mat-tim nazzjonali Malti u t-tieni wieħed konsekuttiv

19- GOOWWWLLLLL!! STEVE BORG

16- It-tim Malti qed jikkontrolla b’mod tajjeb il-partita fejn ħa kontroll tal-pusses tal-ballun.

Michael Mifsud jiskorja t-42 gowl tiegħu mat-tim nazzjonali Malti meta b’azzjoni personali daħal fil-kaxxa u b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Hobi għal 1-0.

4- GOOWWWLLLLLL!!! MICHAEL MIFSUD

2- Liechtenstein jikkontrollaw il-pusses tal-ballun fl-ewwel ħinijiet tal-partita

1- Xutt minbarra l-kaxxa ta’ Wolfinger salvat minn Galea

0- Bidu tal-partita, formazzjoni ta’ 3-4-3 mit-tim nazzjonali Malti.

Għall-aħħar darba Michael Mifsud se jkun qiegħed imexxi lit-tim nazzjonali Malti
Iż-żewġ timijiet waqt l-innijiet nazzjonali rispettivi
Michael Mifsud preżentat bi flokk kommemorattiv mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo (Ritratt: Domenic Aquilina)

Numru ta’ plejer msejjħin mat-tim nazzjonali Malti għall-ewwel darba fosthom Jan Busuttil u Alex Satariano

5.45pm – Iż-żewġ timijiet joħorġu għall-warm up ta’ qabel il-partita

Fil-formazzjoni inizjali magħżula mill-kowċ Devis Mangia, fl-aħħar partita ta’ Michael Mifsud se jiddebutta l-plejer ta’ Żejtun Corinthians Neil Tabone filwaqt li se jkun hemm ukoll ritorn mal-ewwel ħdax għall-plejers Jean Borg, Juan Corbolan, Bjorn Kristensen u Tristan Caruana. Steve Borg se jkun l-unika plejer li se jżomm postu mal-ewwel ħdax mill-aħħar partita tal-UEFA Nations League li Malta lagħbet kontra l-Latvja, ironikament dakinhar l-istess plejer kien skorja l-gowl tar-rebħa fil-95 minuta.

Jitħabbru l-formazzjonijiet inizjali ta’ Malta u Liechtenstein

Apposta għal dawn it-tliet partiti, l-MFA, permezz tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni fi ħdan l-assoċjazzjoni tal-futbol f’pajjiżna, ħadet il-ħsieb li tipproduċi magazine b’verżjoni virtwali li jikkommemora dawn it-tliet partiti. Agħfas hawn biex taċċessa dan il-magazine b’xejn.

Il-partita tal-lum kontra Liechtenstein, se tkun l-ewwel waħda minn tlieta fi spazju ta’ ftit jiem, liema partiti kollha kemm huma se jkunu qed jintlagħabu fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Wara l-konfront ta’ kontra l-Liechtenstein, nhar is-Sibt li ġej, Malta se tilgħab kontra Andorra u fit-tielet partita, dik ta’ nhar it-Tlieta li ġej, Malta tilgħab kontra l-Gzejjer Faroe. Il-partiti t’Andorra u l-Gżejjer Faroe huma l-aħħar żewġ partiti ta’ Malta mill-grupp tal-UEFA Nations League.

Magazine virtwali mill-MFA għall-partiti ta’ kontra Liechtenstein, Andorra u l-Gżejjer Faroe

Michael Mifsud kien involut f’żewġ partiti kontra Liechtenstein fil-passat, fir-rebħa kbira ta’ 7-1 li Malta kienet kisbet fuq l-istess pajjiż, fejn dakinhar Mifsud kien skorja ħames gowls u f’rebħa oħra ta’ 2-1 b’Mifsud għal darb’ oħra jkun protagonista u jiskorja ż-żewġ gowls.

Dan se jkun il-ħames konfront bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet hekk kif fl-erba’ partiti ta’ qabel it-tim Malti rebaħ tlieta u temm draw f’partita waħda. Fl-erba’ konfronti preċidenti, Malta skorjat 11-il gowl filwaqt li Liechtenstein skorjaw tlieta gowls.

It-tieni gowl skorjat minn Michael Mifsud fir-rebħa ta’ 7-1 fuq Liechtenstein

F’dawn il-142 partita Michael Mifsud skorja xejn anqas minn 41 gowl u b’hekk huwa l-aktar plejer li lagħab u li skorja mat-tim nazzjonali Malti.

Merħba għal dan il-kummentarju dirett u aġġornamenti kontinwi mill-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali għall-partita ta’ ħbiberija bejn Malta u Liechtenstein. Din il-partita se tkun qed timmarka t-tmiem tal-karriera mat-tim nazzjonali Malti ta’ Michael Mifsud fejn din għalieh se tkun l-143 partita mat-tim Malti.

Merħba