Coronavirus Lokali Saħħa

109 każi ġodda ta’ Covid-19 – ifiqu 108

Fl-aħħar ħin ġie mħabbar li fl-aħħar sigħat instabu 109 każi ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna filwaqt li fiequ 108 persuni mill-imxija.

It-total ta’ każijiet attivi żdiedu għal 2,084, bl-ammont totali ta’ dawk li fiequ huwa dak ta’ 5,482. It-total ta’ każijiet minn Marzu ‘l hawn huwa dak ta’ 7,863.

Intant ilbieraħ tard bil-lejl il-Gvern ħabbar li mietu 3 persuni oħra b’kawża tal-Covid-19 biex b’hekk it-total ta’ vittmi bil-COVID-19 f’pajjiżna tela’ għal 88 persuna.

Sa issa f’din s-36 ġimgħa fostna kellna 14-il mewta minħabba l-Coronavirus, l-aktar ammont li qatt kellna f’ġimgħa waħda, filwaqt li kellna wkoll 753 każ ġdid.

Mill-każijiet li tħabbru bejn it-Tlieta u l-Erbgħa hemm 14-il każ ġdid li ttieħdu mill-qraba, 3 li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol u 5 persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus. 118-il persuna oħra kienu sporadiċi.