Futbol Sport

Greg Clarke jirriżenja wkoll minn viċi-president tal-FIFA

(Ritratt: EPA)

Greg Clarke li nhar it-Tlieta rriżenja mill-kariga tiegħu bħala Chariman tal-FA Ingliża, aktar kmieni llum ħabbar ukoll li se jkun qiegħed jirriżenja mill-karig ta’ viċi-president tal-FIFA. Dan wara li uża kliem “inaċċettabli” fil-konfront ta’ plejers ta’ karnaġjon skur.

L-intenzzjoni ta’ Clarke kienet li jibqa’ jokkupa l-kariga fil-Kunsill tal-FIFA bħala rappreżentant tal-UEFA, iżda wara diskussjoni mal-President tal-UEFA Aleksander Ceferin, Clarke għażel li jirriżenja.

Clarke uża kliem offensiv fil-konfront ta’ plejers b’karnaġjon skur u plejer omosesswali waqt li kien qiegħed jidher quddiem kumitat tal-Gvern Ingliż. Hu kien ġie elett bħala viċi-president tal-FIFA fi Frar tas-sena li għaddiet.