Għawdex Lokali

“Il-Gvern qed jinjora lill-ħaddiema Għawdxin” – Bernard Grech

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu fl-Imġarr, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li l-Gvern qed jinjora lill-Għawdxin, lill-impjegati, l-ambjent u anke l-aċċissibbiltà għall-gżira Għawdxija.

Kien għalhekk li l-PN iddeċieda li jidjaloga u jisma’ lill-Għawdxin, sabiex jibni l-politika li tkun ta’ benefiċċju għal Għawdex kollu bħala reġjun. “Għalina Għawdex hu importanti”, qal il-Kap tal-PN, illi spjega l-viżjoni li għandha l-Oppożizzjoni għal Għawdex.

Bernard Grech qal li hemm diversi proġetti li baqgħu fuq l-ixkaffa, u fakkar kif ma sar ebda investiment fl-ambjent ta’ Għawdex.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm id-deputati Chris Said, Kevin Cutajar u Joe Ellis.

Ritratt: Roberto Runza

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan il-Gvern minkejja hafna weghdi li jkattar xoghol f’Ghawdex ghall-Ghawdxin qed jibqa’ jinjora dan il-bżonn… biex minn 1,500 ħaddiem li kienu jaħdmu Malta  8 snin ilu…issa ghandna 3,500 haddiema li jkollhom jitilqu minn gżirthom biex jaqsmu lejn Malta għax-xogħol.

Il-Kap tal-PN  tkellem ukoll dwar il-problema tal-istudenti li jkollhom imorru Malta għall-istudju tagħhom u li jkollhom iqattgħu ħafna żmien ‘il boghod minn Ghawdex – xi ħaga li hu qal qed tibddel it-tessut socjali.

Hu stqarr li l-Partit Nazzjonalista għandu pjan ħolistiku għal Għawdex li jinfirex fuq l-oqsma kollha, inkluz fl-agrituriżmu u fit-turiżmu, iżda wkoll pjan ta’ investiment fl-ambjent.