Lokali Unjoni Ewropea

Il-PN jifraħ lil MEP Roberta Metsola għall-ħatra prestiġġjuża ta’ Viċi President tal-Parlament Ewropew

F’telefonata li kellu ma’ Roberta Metsola, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li din il-ħatra hija rikonoxximent tax-xogħol importanti li ilha twettaq Roberta Metsola fil-Parlament Ewropew.   

Grech qal li din hija ħatra li tgħolli isem pajjiżna fil-fora Ewropej u dan huwa l-mod kif il-Partit Nazzonalista jrid li jkun imsemmi isem pajjiżna – għall-affarijiet it-tajbin u li jagħmlulna ġieħ.

Grech qal li din il-ħatra tikkonferma wkoll ir-rispett li jgawdu l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista u tikxef il-qerq ta’ min jikkritika lil dawn il-Membri tal-Parlament Ewropew għax iwettqu dmirhom bl-akbar serjetà.