Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Illum l-elezzjoni ta’ Roberta Metsola għal Viċi Presidenza tal-Parlament Ewropew

Illum inkunu nafu l-eżitu tal-elezzjoni li se ssir fil-Parlament Ewropew, fejn l-MEP Maltija Roberta Metsola ġiet nominata għall-kariga ta’ Viċi President tal-istess Parlament – waħda mill-ogħla karigi fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Għall-ħabta tas-1pm, il-paġna ta’ Net News fuq Facebook se tkun qed twassal xandira speċjali b’rabta ma’ dan il-vot. Se nkunu qed insegwu wkoll b’mod dirett l-ewwel reazzjonijiet ta’ Roberta Metsola eżatt malli tispiċċa l-elezzjoni.

Il-kollega tagħna Keane Cutajar se jkun LIVE fuq Facebook bl-aġġornamenti kollha marbuta ma’ din il-votazzjoni fil-Parlament Ewropew.