Għall-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne s-sitwazzjoni f’pajjiżna bħalissa, b’rabta mal-pandemija, hija stabbli. Dan minkejja li ta’ kuljum qed ikollna medja ta’ 140 każ ġdid ….u agħar minn hekk, bejn tlieta u erba’ fatalitajiet kuljum.
Meta kien qed jieħu sehem f’intervista waqt il-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa fuq ix-xandir tal-istat, Chris Fearne stqarr li ix-xhur li ġejjin mhux se jkunu faċli.
Fearne reġa’ appella biex fil-festi tal-Milied ma jsirux staff parties …
Il-Ministru tas-Saħħa qal li għalkemm jidher li fix-xhur li ġejjin se jkun hemm vaċċin ghal kontra dan il-virus, il-COVID xorta mhux se jisparixxi.
Fearne jinsab ottimist li jekk il-vaċċin ikun effettiv, fis-sajf li ġej Malta tkun ħarġet minn din il-pandemija.
Minn naha tieghu, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri saħaq li bħalissa pajjiżna qed jesperjenza sitwazzjoni li trid tittieħed bis-serjeta.
Qal li l-messaġġi kunfliġenti li qed jingħataw mill-għola awtortitajiet ta’ pajjizna qed ikompli jfixklu lin-nies dwar kif għandhom jaġixxu f’din il-pandmeija. Fid-dawl ta’ dan kollu l-oppożizzjoni temmen li għandu jkun hemm aktar infurzar.
Stephen Spiteri qal li l-Partit Nazzjonalista huwa kontra lockdown u għalhekk għandha tingħata prijirota assolutua lis-saħħa sabiex ikun evitat li jsir lockdown sfurzat.
//= $special ?>