Lokali Parlament

Jeħtieġ ideat u pjani ġodda kif isir il-bini; iridu jispiċċaw it-tbatijiet fuq il-komunità

Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista appella biex jinħolqu ideat u pjani ġodda kif isir il-bini; liema ideat u pjani għandhom iwasslu għal bini ferm isbaħ u biex jispċċaw it-tbatijiet fuq il-komunità fil-perjodu meta jkun qed isir il-bini.

Fil-parlament Karl Gouder qal li l-mod kif qed isir il-bini fil-pajjiż hu wada mill-problemi li ħandhom in-nies, il-familji fi djarhom. Hu rrifera għal-laqgħa bejn il-PN u l-MDA u qal minn din il-laqgħa irriżulta li anki l-iżviluppaturi huma preokuppati bis-sitwazzjoni u qed jifhmu l-importanza li jkun hemm bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ambjent u l-iżvilupp ma jistgħux ikunu kunsidrati bħala kontra xulxin.

Hu tkellem dwar il-mod kif qed isir il-bini u qal li f’ħafna okkażjonijiet dan qed iġib inkonvjenti kbar għar-resident. F’pajjiżi barranin, sostna Karl Gouder, il-bini jsir b’mod ieħor ma jikkaġunax daqshekk inkonvinjenti.

Hu semma’ ż-żoni ta’ San Ġiljan Tas-Sliema, Pembroke u l-Gżira u qal li f’dawn il-lokalitajiet hemm problemi kbar dwar il-mod kif qed isir il-bini. Jeħtieġ li jkun hemm ftehim dwar kif isir il-bini biex dan ma jikkaġunax ħmieġ, tkissir ta’ bankini u sitwazzjonijiet intollerabbli.

Arkivji

Karl Gouder qal li l-ambjent jinkluid dak urban, rurali kif ukoll dak personali u sostna li l-implimentazzjoni tar-regoli ma jfissirx li tinqered l-industrija tal-kostruzzjoni. Jeħtieġ għalhekk li din l-industrija u r-relazzjoni tagħha mal-ambjent tkun ikkundisrata u diskussa amki biex jieqaf jinbea bini ikrah.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar ir-rwol tal-kunsilli lokali u qal li f’diversi okkażjonijiet dawn qed jesprimu pożizzjoni kif ġara fil-Fgura fejn il-kunsill lokali oppona li binja antika u unika titwaqqa’.

L-istess sar fin-Naxxar fejn il-kunsill lokali oppona bini enormi fit-Trade Fair; f’dawn l-okkażjonijiet l-Awtorià tal-Ippjanar semgħet it-talbiet tal-kunsilli lokali. Hu kkritika l-bini ikrah li qed isir f’San Ġiljan, fi Spinola, fejn qed isir proġett fuq bini antik.

Jeħtieġ, sostna Karl Gouder, li jkun ideat ġodda fl-ippjanar u l-bini anki biex jinħolqu l-ispazji ġoda neċessarji għall-komunità.