Lokali

Jikber it-tħassib dwar l-użu tal-kannabis

L-alkoħol u s-sigaretti huma l-iktar sustanzi li studenti Maltin jirrikorru ghalihom, dan minkejja li bejn l-2015 u l-2019, kien hemm tnaqqis fl-użu tagħhom. Ta’ tħassib huwa l-fatt li qed jiżdied il-konsum ta’ droga illeċita.

Dan joħroġ minn stħarriġ li sar mill-ESPAD  li janalizza kemm studenti jiffaċċjaw problemi ta’ vizzji u d-disponibbiltà tal-alkoħol u tas-sustanzi illegali. Rapport li tratta s-sena 2019 u li sar f’kull pajjiż Ewropew, inkluż f’Malta.

Dawk li għandhom bejn 15 u s-16-il sena huma l-iktar li jikkonsmaw alkoħol, bir-riżultati juru li din taf tkun dipendenza li tippersisti matul il-ħajja kollha.

22% minn dawk interivistati qalu li li xi darba jew oħra f’ħajjithom pejpu sigarett jew e-cigarette.

Fejn tidħol id-droga illeċita, 12% tal-istudenti Maltin qalu li ġieli missew mad-droga. L-aktar droga popolari maż-żgħażagħ hija l-kannabis… l-istess bħalma qed jiġri fil-bqija tal-pajjiżi Ewropej.

Dan l-istħarriġ wera wkoll li l-maġġoranza tal-istudenti jużaw il-media soċjali b’mod frekwenti… b’91% attivi fost il-ġimgħa, u 97% meta ma jkollhomx skola.  L-istudenti bniet huma l-iktar li jużaw il-media soċjali, b’iktar minn 90% jagħmlu dan.  

Is-sitwazzjoni tal-logħob tal-imħatri inbidlet drastikament f’dawn l-aħħar snin. 14% tal-istudenti qalu li għamlu mħatri għal flus f’dawn l-aħħar tnax-il xahar filwaqt li 4% għamlu mħatri online fix-xhur ta’ qabel.

Il-konklużjonijiet li joħorġu minn dan l-istħarriġ għadhom juntużaw bħala għodda importanti li permezz tagħhom l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi kollha Ewropej ikunu jistgħu jindirizzaw il-problemi li qed iwasslu għal dan l-abbuż….fejn il-vizzju huwa s-sors tal-problema u mhux tas-soluzzjoni.