Futbol Sport

Joe Gomez se jitlef parti kbira mill-istaġun minħabba injrury

(Ritratt: EPA)

Id-difensur ta’ Liverpool Joe Gomez se jkun qiegħed jitlef parti kbira mill-bqija tal-istaġun meta lbieraħ sofra injury serja f’irkopptejh fejn aktar kmieni llum kien operat b’suċċess.

Gomez kien qed jitħarreġ mat-tim nazzjonali Ingliż lejliet il-partita kontra l-Irlanda, bl-istess plejer fil-passat ukoll isofri injury f’irkopptu fejn ħallietu għal numru ta’ xhur nieqes mill-azzjoni.

Din l-aħbar tkompli żżid mal-problemi fid-difiża li bħalissa għandhom Liverpool wara li ftit tal-ġimgħat ilu anke Virgil Van Dijk sofra injruy simili f’irkopptu fejn kellu wkoll jiġi operat.