Futbol Sport

Kailey Willis tissieħeb ma’ Hellas Verona

Il-plejer ta’ 17-il sena Kailey Willis ssieħbet ma’ Hellas verona fis-Serie A femminile biex b’hekk kompliet mas-sensiela ta’ plejers Maltin femminili li qed ikomplu l-karriera tagħhom barra l-pajjiż.

F’pajjiżna, Willis kienet tilgħab ma’ Birkirkara fejn f’żewġ staġuni, skorjat 26 gowl f’35 partita. Fl-ewwel staġun tagħha hi kienet ukoll spiċċat l-istaġun bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat, b’19 -il gowl.

Kailey Willis se tkun is-sitt plejer Maltija li se tilgħab fl-Italja, wara Hayley Bugeja li tilgħab ma’ Sassuolo, Emma Lipman u Rachel Cuschieri li jilgħabu ma’ Lazio, Martina Borg li tilgħab ma’ Sassari Torres u Nicole Sciberras li tilgħab ma’ Juventus.