Coronavirus Kurżitajiet

L-awtoritajiet Taljani jinsistu li l-klieb ma jxerrdux il-Covid-19

Rabja kbira fuq il-media soċjali

Wara diversi stejjer li ħarġu fl-Italja, l-awtoritajiet tal-pajjiż serrħu moħħ in-nies li minn studji li saru, il-klieb ma jxerrdux il-Covid-19.

Kollox beda wara li familja Taljana, li magħhom għandhom kelb tar-razza poodle, instabu pożittiv għall-virus. L-awtoritajiet ħatru veterinarji li għamlu l-iswab test fuq il-kelb u nstab li anke l-poodle kien pożittiv – għalkemm dan fir-realtà ma’ jfisser xejn, minħabba li l-annimali domestiċi ma jxerrdux il-Covid.

L-aħbar kienet rappurtata bi prominenza anke f’pajjiżna, b’diversi sidien ta’ klieb jesprimu r-rabja tagħhom għall-istampa li ingħatat.

Xi ħadd kiteb “hekk għidu ħalli jkomplu jabbandunawhom”. Oħrajn qalu li dawn l-aħbarijiet qed iġennu n-nies, b’uħud jinsistu fuq il-punt li kelb ma jistax jgħaddi l-virus lill-bniedem.