Lokali Qorti

Libjan mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Karkariża

Libjan baqa miżmum arrestat wara li ġie akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-eks sieħba tiegħu minn Birkirkara. Miloud Elforjani ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar tressaq taħt arrest mill-Ispetturi Audrey Micallef u Ryan Vella akkużat li ta daqqiet ta’ sikkina lill-mara bosta drabi u li darabha b’mod gravi.

L-attakk li seħħ fil-ħin ta’ nofsinhar ta’ nhar it-Tlieta, 10 ta ’Novembru f’San Pawl il-Baħar. Huwa ġie akkużat ukoll li ġar sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja u li wettaq reat kontra l-persuna waqt li kien qed iġorr l-arma.

Elforjani ċaħad l-akkużi bil-libertà proviżorja ġiet miċħuda. L-Avukat Noel Bartolo kien għajnuna legali għall-akkużat. L-allarm f’dan l-inċident kien tqajjem mill-mara li waqqfet pulizija li kienu għassa fi Triq il-Pijunieri wara nofs inhar.

Il-mara ta’ 38 sena minn Birkirkara qalet lill-Pulizija li kienet għadha kemm ġiet aggredita. Tim mediku kien għen lill-mara u ħadha l-isptar, fejn instabet midruba serjament.