Żagħżugħ ta’ 21 sena nżamm taħt arrest preventiv fuq akkużi ta’ attentat ta’ qtil wara li allegatament ta daqqiet ta’ sikkina lil raġel ieħor diversi drabi f’Birżebbuġa nhar l-Erbgħa filgħaxija.
Hassan Jama Hassan, residenti Birżebbuġa, mis-Somalja deher fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli akkużat li kkaġuna feriti gravi fuq kollega migranti fil-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa, għall-ħabta tal-10:45pm.
Minbarra l-attentat ta’ qtil ġie mixli li kkawża ġrieħi ħfief, l-Ispettur Janetta Grixti akkużat ukoll lir-raġel li ġarr sikkina mingħajr liċenzja u li wettaq dak li huwa kklassifikat bħala reat kontra l-persuna. Hassan wieġeb mhux ħati.
L-Avukat Noel Bartolo, maħtur bħala tal-għajnuna legali għall-akkużat, ma talabx għal-libertà proviżorja.
//= $special ?>