Coronavirus Lokali Saħħa

“Nirrikonoxxu l-ħidma tal-professjonisti” – Bernard Grech

Waqt laqgħa mal-Kamra tal-Ispiżjara, il-Kap tal-PN Bernard Grech iddiskuta diversi temi ta’ importanza fil-qasam tas-saħħa, b’ mod speċjali b’rabta mal- pandemija Covid-19.

Bernard Grech qal li rridu nirrikonoxxu l-ħidma kbira u d-dedikazjoni tal-professjonisti fil-kura medika; kemm fil-komunita u anke fl-isptarijiet. Hu qal illi grazzi għal dawn il-frontliners, inkluż l-ispiżjara, il-pajjiż qed jirnexxielu jaffaċja l-pandemija b’kuraġġ u b’ sagriffiċi kbar fi żmien tant diffiċli.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech fakkar kif il-PN waqqaf Action Team li qed jaħdem speċifikament fuq is-sitwazzjoni tal-pandemija – tim li qed ikollu laqgħat regolari mal-istackholders kollha. Din kienet waħda mill-ewwel inizjattivi li ħa Bernard Grech wara li ġie elett Kap tal-partit.

Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ strateġija u pjan mill-Gvern, ix-xahar li għadda il-Partit Nazzjonalista waqqaf dan it-Team ta’ Azzjoni biex jiltaqa’ mal-korpi kostitwiti u assoċjazzjonijiet oħrajn fil-ġlieda kontra l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-Coronavirus. It-Team ta’ Azzjoni jinkludi lid-Deputati Claudio Grech, Claudette Buttigieg, Clyde Puli, Stephen Spiteri u Maria Deguara.