Futbol Sport

Rebħa faċli għall-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

It-tim nazzjonali Ingliż kiseb rebħa faċli ta’ f 3-0 fuq l-Irlanda f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet f’Wembley Stadium. L-Ingilterra fetħet l-iskor wara 18 –il minuta meta minn cross ta’ Harry Winks, kien HARRY MAGUIRE li bir-ras xeħet għal ġewwa.

JADON SANCHO rdoppja fil-31 minuta b’konklużjoni fil-baxx fuq pass tajjeb ta’ Jack Grealish. It-tim imexxi minn Gareth Southgate ngħata penalty fil-55 minuta meta Bukayo Saka kien imwaqqa’ fil-kaxxa. DOMINIC CALVERT-LEWIN għamilhom 3-0 mill-ħdax-il metru.

PARTITI TA’ ĦBIBERIJA
Illejla
: Bosnija v Iran 0-2, Moldova v Russja 0-0, Wales v USA 0-0, Ingilterra v Irlanda 3-0