Futbol Sport

Tiġi fi tmiemha l-esperjenza ta’ Taylon ma’ Valletta

(Ritratt: vallettafc.net)

Valletta laħqu ftehim mal-plejer Taylon Nicolas Correa Marcolino sabiex jinħall mill-kuntratt tiegħu wara li kien issieħeb mal-klabb f’Awwissu li għadda. Hu kien iffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Valletta.

Il-klabb temm l-istqarrija billi rringrazzja lill-plejer għall-professjonalità tiegħu fl-esperjenza qasira li kellu mal-klabb. B’din id-deċiżjoni issa l-unika żewġ attakkanti fit-tim ta’ Valletta jkunu, Mario Fontanella u Kyrian Nwoko. Ma’ Valletta Taylon lagħab biss ħames partiti fejn kienet biss partita waħda li lagħab d-90 minuta.