Coronavirus Lokali Saħħa

Żewġ anzjani oħra jitilfu ħajjithom kawża tal-COVID

Il-fatalitajiet issa jitilgħu għal 90

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm tħabbar li żewġ anzjani oħra mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid. Biex b’hekk s’sissa tilfu ħajjithom 90 persuna fejn f’ġimgħa waħda biss mietu 16-il persuna.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 82 sena miet fir-residenza privata tiegħu fit-8 ta’ Novembru. L-iswab test, li sar wara li l-persuna nstabet mejta, ikkonferma li kien pożittiv għall-Covid-19. 

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 78 sena li miet fl-Isptar Mater Dei fl-10 ta’ Novembru, irriżulta li kien pożittiv għall-Covid-19 wara li kien miet.