Lokali

Żewġ xufiera jsofru ġrieħi wara inċident f’Tas-Sliema

Arkivji

Żewġ xufiera, ittieħdu l-Isptar Mater Dei minħabba ġrieħi li ġarrbu f’inċident tat-traffiku, kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-siegħa u nofs, fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li ġrat ħabta bejn Renault Zoe, misjuqa minn Taljan ta’ 30 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ u Toyota C-HR, misjuqa minn Eritrejan ta’ 23 sena, residenti Bormla.

Aktar tard it-Taljan kien ċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi filwaqt li x-xufier l-ieħor sofra minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.