Fl-aħħar 24 siegħa, il-każi ta’ Coronavirus f’Malta żdiedu b’150. Dan filwaqt li fiequ 101. Il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li illum kienu konfermati żewġ vittmi oħra tal-Covid-19, biex issa l-fatalitajiet telgħu għal 92.
F’din il-ġimgħa, li kienet is-36 ġimgħa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna, kellna b’kollox 903 każi – ftit inqas mill-ġimgħa ta’ qabel.
//= $special ?>