Lokali

Fejn possibbli hemm bżonn li l-ħaddiema jaħdmu mid-dar – Malta Chamber

“Fejn hu possibbli hemm bżonn li l-ħaddiema jaħdmu mid-dar.”

Dan saħqitu l-Malta Chamber fejn spjegat li fl-isfond li l-każi ta’ Covid-19 f’pajjiżna qed jiżdiedu bil-konsegwenza li l-imwiet kawża tal-pandemija qed jiżdiedu wkoll qed tappella għal responsabbilità unanima – inkluż mingħand min iħaddem, “għal ġid u s-saħħa ta’ kulħadd”.

Il-Kamra tal-Kummerċ sostniet li ċ-ċifri qed jindikaw li l-firxa tal-virus hija waħda konsistenti u bla heda f’pajjiżna, għaldaqstant ssoktat tgħid biex bil-għan li l-impatt ekonomiku fil-Gżejjer Maltin ma jkomplix jiżdied, ħeġġet lil min iħaddem sabiex jikkunsidra jibda jopera fejn jista’ permezz ta’ telework – b’mod partikolari fis-settur pubbliku.

Dan filwaqt li appellat sabiex il-poplu jisma’ mill-pariri tal-esperti mediċi u l-Awtoritajiet tas-Saħħa.